151 student isegwu żewġ korsijiet fl-Università

151 student qed isegwu żewġ korsijiet fl-Università.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Minn dawn, 119 student qed isegwu korsijiet fil-profiċjenza fil-lingwi barranin li jistgħu jittieħdu flimkien ma’ kors ieħor fuq bażi full-time.
Jidher li l-iktar lingwa popolari hi l-Ġermaniż – 39 student qed isegwu kors li jwassal għal Ċertifikat ta’ Profiċjenza waqt li erbgħa qed isegwu kors li jwassal għal Diploma. Isegwu l-ilsna tat-Taljan u l-Ispanjol b’28 u 26 student rispettiv li qed isegwu kors li jwassal għal ċertifikat.
27 student qed isegwu l-programm fil-Liberal Arts u Xjenza waqt li għaddejjin bl-istudji tagħhom f’kors ieħor.