150 tifel u tifla bżonn servizzi ta’ saħħa mentali

150 tifel u tifla rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali bejn l-2015 u l-2016.
Ċifri ppreżentati fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne juru li 72 kienu subien u 77 bniet. L-età tagħhom tvarja minn 7 sa 18-il sena.
Il-Ministru qal ukoll li f’Ġunju tal-2016 twaqqfet is-sezzjoni tal-CAPES – Child and Adoloscent Psychiatric Emergency Services, fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministru Fearne kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Etienne Grech.