150 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 101

woman-wearing-face-mask-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 150 każ ġdid tal-coronavirus mit-3,035 swab test li saru. Fiequ wkoll 101 persuna.

L-għadd ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,124.

OFFICIAL COVID-19 figures for 13•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Friday, November 13, 2020

Id-dettalji qed jingħataw waqt il-konferenza stampa tal-lum tas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci.

Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ żewġ persuni oħra, filwaqt li Prof. Gauci għadha kemm ħabbret żewġ imwiet oħra. B’hekk s’issa mietu 92 persuna bil-Covid-19 f’Malta.

Ilbieraħ kien hemm 109 każi ġodda tal-coronavirus.