150 balena jmutu wara li spiċċaw fuq bajja

Grupp ta’ 145 balena mietu wara li spiċċaw fuq ir-ramel ta’ bajja fi New Zealand. Skont BBC, il-baleni instabu minn persuna li kienet miexja fuq il-bajja tard is-Sibt filgħaxija.

Skont l-awtoritajiet, nofs il-baleni kienu diġà mietu sa dak il-ħin, filwaqt li n-nofs l-ieħor kellhom jiġu mraqqda minħabba li kien se jkun wisq diffiċli li jiġu salvati.