Spara f’San Pawl il-Baħar; nota lill-Qorti minn sid il-karozza milquta

Raġel li spara pistola tal-ajru f’waħda mit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar u għamel ħsara fuq karozza, inqatgħatlu s-sentenza għal 15-il xahar ħabs, sospiżi għal tliet snin. Ir-raġel li hu Serb, ġie arrestat nhar il-Ħadd fl-4:00am wara li spara fl-ajru ġewwa parkeġġ.

Hu tressaq il-Qorti nhar it-Tnejn akkużat li uża arma mhux liċenzjata, li kkaġuna ħsara volontarja, li kien fis-sakra fil-pubbliku u li kiser il-paċi pubblika. Min-naħa tiegħu hu wieġeb li kien ħati għal dawn l-akkużi.

Qabel ma ngħatatlu s-sentenza, il-Qorti ġiet ippreżentata b’nota mingħand sid il-karozza. In-nota kienet tgħid li sid il-karozza ma kienx interessat fil-każ għax il-ħsara li ġarrab kienet ta’ €50 biss.