15-il xahar ħabs għal żagħżugħ li seraq diversi oġġetti minn vettura

Żagħżugħ ta’ 31 sena minn Ħal Qormi ngħata sentenza ta’ 15-il xahar ħabs wara li wieġeb ħati li lbieraħ seraq diversi oġġetti minn vettura fi Triq Fleur De Lys f’Birkirkara u anke żamm għandu jew xtara oġġetti misruqa biex ibiegħhom.

Hu kien akkużat ukoll li għamel ħsara jew għarraq ħwejjeg ħaddieħor, għad-detriment tal-istess mara, u li kiser diversi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.