15-il titjira tal-Air Malta jittardjaw f’24 siegħa

15-il titjira tal-Air Malta ġew affettwati minn dewmien, dan hekk kif il-linja tal-ajru daħlet fit-tielet jum konsekuttiv bid-dewmien li r-raġuni għalih baqgħet ma ġietx ikkonfermata.

Propju sitta kienu ġejjin lejn Malta, filwaqt li 10 kienu se jitilqu jew telqu minn Malta.

Għaldaqstant sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li d-dewmien fit-titjiriet qed jiġu kkawżati minħabba ħsarat f’wieħed mill-ajruplani ġodda tal-Airmalta.

Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt ħeġġet lill-passiġġieri kollha sabiex iżommu ruħhom aġġornati mas-sit tal-ajruport għal dettalji dwar dewmien fit-titijiriet.

Jidher li l-ħin medju tad-dewmien fit-titjiriet huwa dak ta’ madwar siegħa u nofs.

Dewmien fil-ħin li ġej

Żewġ titjiriet, partikolarment dik minn Marseille u minn Brussell, jidher li se jesperjenza dewmien imma skont is-sit tal-ajruport għadu mhux magħruf fi x’ħin se jaslu. Newsbook.com.mt talab il-ħin li fih se jaslu dawn l-ajruplani, madanakollu l-kelliema għall-MIA ma setgħetx tikkonferma dan.

L-aktar titjira li se tittardja għal-lejla jidher li se tkun dik ġejja minn Munich li minflok waslet Malta fid-9pm, se tasal fil-11.25pm, jiġifieri dewmien ta’ kważi sagħtejn u nofs.

Ilbieraħ, titjira tal-Air Malta lejn Venezja ittardjat b’aktar minn sitt sigħat.

Liema huma t-titjiriet li se jittardjaw?

  1. KM309 – Munich – se tasal fil-11.25pm minflok fid-9pm
  2. KM329 – Frankfurt – se tasal fl-10.30pm minflok fil-11.35pm
  3. KM421 – Brussell – kellha tasal fl-10.35pm, il-ħin tal-inżul għadu mhux magħruf
  4. KM615 – Ruma – se tasal fis-12.55am minflok fil-11.35pm
  5. KM467 – Pariġi-Orly – se tasal fis-1.05am minflok f’12.20am
  6. KM103 – Heathrow – se tasal fis-1.30am minflok fis-12.40am
  7. KM437 – Marseille – kellha tasal fis-1.20am, il-ħin tal-inżul għadu mhux magħruf
  8. KM436 – Marseille – kellha titlaq minn Malta fid-8.45pm iżda se titlaq fil-11.30pm

Titjiriet oħra li ttardjaw aktar kmieni llum

  1. KM595 – Lisbona – kellha titlaq minn Lisbona fit-3.10pm iżda telqet fl-4.20pm
  2. KM477 – Pariġi-Orly – kellha titlaq minn Pariġi-Orly fis-5.40pm iżda telqet fis-6.54pm
  3. KM309 – Munich – kellha titlaq minn Munich fis-6.50pm iżda telqet fis-9.25pm
  4. KM329 – Frankfurt – kellha titlaq minn Frankfurt fit-7.55pm iżda telqet fid-9pm
  5. KM103 – Londra Heathrow – kellha titlaq minn Londra fit-8:30pm iżda telqet fid-9:30pm
  6. KM466 – Pariġi-Orly – kellha titlaq minn Malta fis-6pm iżda telqet fis-6.52pm
  7. KM614 – Ruma – kellha titlaq minn Malta fit-7.50pm iżda telqet fid-9.20pm