​15-il tifel u tifla jsajru ikel bnin b’ingredjenti naturali

15-il tifel u tifla skoprew it-talent kulinarju tagħhom permezz tal-kors Mini Chef.
Dawn it-tfal huma kollha ulied impjegati tal-Bank of Valletta li ħadu sehem f’kors organizzat mill-BOV Sports and Social Club u li kien mifrux fuq għaxar sessjonijiet.
It-tfal sajru diversi platti taħt l-għajnejn tal-koki Mandy Micallef Decesare u Maria Sant Fournier.
Kelliema għall-BOV Sports and Social Club Vanessa Borg semmiet kif lil hinn mill-esperjenza tat-tisjir, it-tfal jitgħallmu wkoll jaħdmu f'timijiet kif ukoll ħiliet soċjali oħra.
Huma tgħallmu jippreparaw platti bnini bl-użu ta’ ingredjenti naturali.
Mandy Micallef Decesare f'isem Minichefs Malta qalet li t-tfal qatt ma jkunu jafu minn qabel x’se jsajru, biex ikun hemm dak l-element ta’ sorpriża.