15-il sena mill-mewt ta’ Papa San Ġwanni Pawlu II

Bħal-lum fl-2005 kien miet fl-età ta’ 84 sena l-Papa San Ġwanni Pawlu it-Tieni, il-Pollakk li ismu proprju kien Karol Wojtija u li kien żar pajjiżna tlett darbiet, darbtejn żjarat uffiċjali u darba żjara qasira.

Hu kien twieled nhar it-18 ta’ Mejju 1920 u kien il-264 Papa fl-istorja tal-Knisja Kattolika. Huwa laħaq Papa nhar is-16 ta’ Ottubru 1978 u baqa’ sa ma miet bħal-lum fl-2005. Fl-istorja huwa mniżżel bħala it-tieni l-iktar Papa li kellu pontifikat twil wara Papa Piju IX li dam sitt snin aktar minnu.

Fl-1 ta’ Mejju tal-2011 Papa Benedittu XVI iddikjarah Beatu. Fis-27 ta’ April tal-2014 hu kien iddikjarat qaddis minn Papa Franġisku.

Sal-lum għadu maħbub madwar id-dinja kollha.