15-il sena ilu mietu 230,000; mijiet għadhom mhux identifikati

FILE PHOTO. REUTERS/Athit Perawongmetha

15-il sena wara li t-tsunami tal-Oċean Indjan qatel iżjed minn 230,000 persuna fl-2004, għad hemm kontejner mimli affarijiet personali f’għassa tal-Pulizija. Dawn l-affarijiet huma tal-mijiet ta’ vittmi li qatt ma ġew identifikati.

Kartieri, dokumenti, affarijiet elektroniċi, kollha f’boroż bit-tiketti bħala evidenza. Il-Pulizija għadhom bit-tama li jagħtu isem u difna propja lil dawk li ġew midfuna f’oqbra bla ismijiet.

It-tsunami kien kaġun ta’ terremot b’saħħa ta’ 9.1. Qatel iżjed minn 230,000 persuna. Fit-Tajlandja biss, iżjed minn 5,000 persuna mietet.