15-il rapport f’xahrejn dwar siringi fl-art

Il-Pulizija rċeviet 15-il rapport dwar siringi mitluqin fl-art f’Settembru u Ottubru li għadda.
Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal dan fi tweġiba parlamentari.
Żied jgħid li l-Pulizija elevat is-siringi li nstabu u għaddiethom liċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokalità fejn instabu biex jiġu distrutti.
Il-Ministru Abela qal li l-Pulizija se tkompli tagħmel spezzjonijiet fiż-żona ta’ fejn instabu s-siringi biex telimina kull abbuż ta’ droga.