15-il persuna se jkunu jistgħu jisimgħu

Bl-għajnuna ta' intervent ġdid permezz ta' operazzjoni, madwar 15-il persuna neqsin mis-smiegħ se jibdew jingħataw l-għajnuna kull sena.
Apparat ġdid li jitqiegħed fil-widna ta' persuna nieqsa mis-smiegħ se jkun qed jagħtiha l-funzjoni li tisma'.
L-apparat, magħmul mill-metall, se jaħdem permezz ta' kalamita' taħt il-ġilda ta' wara l-widna.
L-ewwel żewġ operazzjonijiet kienu suċċess, filwaqt li l-għan kien li l-pazjenti jkunu komdi u li jkollhom smiegħ jiffunzjona.
Id-Dipartiment tal-Otolarinġoloġija u l-Awdjoloġija fl-Isptar Mater Dei se jkun qed jieħu ħsieb din il-proċedura kif ukoll ir-rijabilitazzjoni.
Dan l-apparat huwa impurtat mill-kumpanija A.T.G.