15-il persuna fil-programm ta’ ħbiberija

15-il persuna bi problemi biex jissoċjalizzaw qed jieħdu sehem fl-hekk imsejjaħ programm ta’ ħbiberija.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Is-servizz jindirizza persuni li għandhom diffikultà biex jissoċjalizzaw jew għandhom nuqqas ta’ support bħal ħbieb jew familjari fil-post fejn jgħixu.
Dawk li jibbenefikaw minn dan is-servizz jiġu abbinati ma’ voluntiera li ngħataw taħriġ apposta.