15-il perit ġodda jingħataw il-warrant

15-il perit ingħataw il-warrant mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi li permezz tiegħu, jistgħu jibdew jeżerċitaw din il-professjoni.
F’ċerimonja li saret fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom, il-Ministru kellu kliem ta’ tifħir lejn dawn iż-żgħażagħ u  appella lill-periti biex joffru s-servizzi tagħhom b’impenn u dedikazzjoni.
Qal li b’hekk ikunu qed jibżgħu mhux biss għall-klijenti iżda wkoll għall-impjieg tagħhom u għas-soċjeta li jgħixu fiha.