15-il nutar ġdid jirċievu l-warrant

15-il nutar ġdid irċevew il-warrants tagħhom f’ċerimonja ppreseduta mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici.
Il-Ministru Bonnici stqarr li din il-professjoni hija importanti u għalhekk jeħtieġ li jkunu xhieda ta’ etika u serjetà. Żied jgħid li l-irwoli tagħhom għandhom jirriflettu l-prinċipji bażiċi u sodi tal-onestà, il-lealtà u r-rispett.
Owen Bonniċi sostna li bħalissa għaddejjin taħdidiet biex in-nutara jkollhom aċċess għas-CdB, id-database komuni li tagħti lin-nutara aċċess aktar effiċjenti għall-informazzjoni.
Ritratt: DOI – Martin Attard