15-il Kunsill Lokali mhux aċċessibbli

Ħmistax-il Kunsill Lokali ma humiex aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonniċi fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
L-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali meqjusa bħala aċċessibbli huma 53; 43 f'Malta u 10 f’Għawdex. Il-maġġoranza assoluta tal-Kunsilli Lokali mhux aċċessibbli jinsabu f’Malta – 13-il Kunsill. F’Għawdex huma biss tnejn il-Kunsilli mhux aċċessibbli.
Il-Ministru Bonniċi fisser li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali joffri diversi skemi ta’ għajnuna lil Kunsilli Lokali inkwistjoni biex ikollhom uffiċċji iktar aċċessibli għal kulħadd, hekk kif sar fis-snin preċedenti. Huwa kien qiegħed iwieġeb
Il-Kunsilli identifikati bħala mhux aċċessibbli huma: l-Belt Valletta, l-Imdina, il-Birgu, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Fgura, il-Gudja, l-Iklin, Ħal Lija, il-Munxar, il-Qrendi, ir-Rabat Malta, Santa Luċija, Santa Venera u x-Xagħra.