15-il każ ġdid tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta llum għandha 15-il każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 69 persuna. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 538.

Dan tħabbar fuq il-paġna tal-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 1,909 swab tests.

OFFICIAL COVID-19 figures for 30•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, August 30, 2020

Iċ-ċifri tal-lum jimmarkaw nuqqas sinifikanti mill-għadd ta’ każijiet li kien qed ikollha Malta ta’ kuljum, ta’ bejn l-40 u s-70 każ. Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, iżda tħabbar li mill-każijiet tal-bieraħ:

  • 5 kienu membri tal-familja ta’ każijiet oħra
  • 1 kien kuntatt dirett ta’ każijiet oħra
  • 4 kienu kollegi tax-xogħol ta’ każijiet oħra
  • 2 każijiet ittieħdu minn xi attivitajiet soċjali.
Il-każijiet tal-bieraħ
27 każ ġdid ta’ coronavirus

Ilbieraħ, Malta rreġistrat il-11-il mewta bil-coronavirus, dik ta’ anzjana ta’ 86 sena li kienet tinsab fis-Sala tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. Hija rriżultat fil-pożittiv għall-virus fit-18 t’Awwissu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn