15-il każ ġdid tal-coronavirus; 3 imfejqa

FILE PHOTO: REUTERS/Stephane Mahe

Read in English.

In-numru ta’ każijiet ġodda fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 15, filwaqt li tlieta fiequ. Dan minn total ta’ 1,358 test fl-aħħar 24 siegħa.

In-numru ta’ każijiet attivi f’Malta issa huwa ta’ 125. It-total ta’ nies li fiequ huwa ta’ 468.

Dan tħabbar fuq il-paġna Saħħa fuq Facebook, peress li llum mhix se ssir il-konferenza tal-Prof. Charmaine Gauci, li sa ġimgħa ilu kienet qed tagħti l-aħħar aġġornamenti fuq il-coronavirus f’konferenza ta’ kuljum.

OFFICIAL COVID-19 figures for 21•05•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Thursday, May 21, 2020

Minn din il-ġimgħa, il-konferenza bdiet issir biss it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, meta hija tagħti rendikont tal-każijiet tal-jumejn ta’ qabel.

Ilbieraħ tħabbru 15-il każ ġdid tal-coronavirus f’Malta, li ħafna minnhom ma kellhomx sintomi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn