15-il każ ġdid tal-coronavirus; 2 każijiet impurtati

Miguela Xuereb

Illum ġew ikkonfermati 15-il każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta bi tnejn minnhom huma każi impurtati. Dan ħareġ fl-infografika tal-jum li qed tiġi ppubblikata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa. Intqal ukoll li persuna waħda fieqet b’hekk it-total ta’ każijiet attivi f’Malta huwa ta’ 185 każ.

Is-Sibt saru 1,418-il swab test biex it-total ta’ swab test li saru mill-bidu tal-pandemija sa issa huwa ta’ aktar minn 130,000.

Jidher li kien hemm xi każijiet li marru għax-xogħol bis-sintomi tal-virus hekk kif fl-aġġornament tal-lum ingħad li l-maġġoranza tal-każijiet ma marrux għax-xogħol meta kienu sintomatiċi.

4 persuni mill-15 kienu mill-cluster tal-festa ta’ Santa Venera u żewġ każijiet oħra kienu mill-cluster ta’ Paceville. 7 każijiiet kienu sporadiċi. L-awtoritajiet tas-saħħa assugraw li bħalissa qed isir il-contact tracing.

Ilbieraħ l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ħabbru li l-pellegrinaġġi tal-festi kollha għal din is-sena se jitħassru.

Ilbieraħ ukoll ġew ikkonfermati 21 każ pożittiv tal-coronavirus fil-pajjiż, fosthom persuna anzjana ta’ 80 sena.