15-il kandidat jitfgħu n-nomina fl-ewwel jum

Illum kienu ppreżentati 15-il nomina għall-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew li se ssir is-Sibt 24 ta’ Mejju.
Il-kandidati li tefgħu n-nomina huma Arlette Baldacchino, Nazareno Bonnici, Raymond Bugeja, David Casa, Peter Cordina, Kevin Cutajar, Helga Ellul Barbara, Antoine Galea, Ivan Grixti, Norman Lowell, Roberta Metsola, Jean-Pierre Sammut, Fleur Anne Vella, Norman Vella u Francis Zammit Dimech.
In-nomini għall-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew bdew jintlaqgħu llum.
Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew iridu jiġu eletti sitt kandidati.