15-il ġeru jsibu dar ġdida

Ħmistax-il ġeru issa għandhom dar ġdida wara li fil-ġimgħat li għaddew inġabru mit-toroq u ttieħdu għand l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA).
Dawn il-ġriewi li ddaħħlu fi tliet gruppi ngħataw l-attenzjoni u l-kura meħtieġa mill-voluntiera tal-AAA, li ħadu ħsieb ukoll li jeħduhom għand il-veterinarji u jiffosterjawhom għal xi żmien. 
L-AAA appellat lil dawk li għandhom klieb u qtates, biex isewwuhom, għax minbarra li hu aħjar għas-saħħa tal-annimali, jgħin biex jitkisser iċ-ċirku ta' ġriewi fit-toroq. 
Min jixtieq jgħin biex l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati f'Malta tkun tista' toffri s-servizzi tagħha jista' jibgħat SMS fuq 50617350 għal donazzjoni ta' €2.33, 50618060 għal €4.66 u 50618910 għal donazzjoni ta' €6.99.