15-il film għall-Jum iċ-Ċinema ddedikat lit-tfal

KRS Releasing ħabbru li t-tieni edizzjoni tal-jum taċ-ċinema għat-tfal għal din is-sena se ssir is-Sibt 2 ta’ Settembru.
Fi stqarrija, il-KRS Releasing qalu li se jintwerew 15-il film differenti. Dawn ivarjaw minn animazzjoni, adventure comedy, u action adventure drama fost l-oħrajn. Il-prezz tad-dħul se jkun wieħed speċjali.
F’Malta l-films se jintwerew mid-9am sas-7pm filwaqt li f’Għawdex se jintwerew fis-2pm, fl-4pm, u fis-6pm.
Il-films li se jagħmlu parti mill-jum taċ-ċinema għat-tfal huma:

  • Everything, Everything
  • The Nut Job 2: Nutty By Nature
  • Valerian And The City Of A Thousand Planets
  • The Emoji Movie: Express Yourself
  • Captain Underpants: The First Epic Movie
  • Cars 3
  • War For The Planet Of The Apes
  • Spider-man: Homecoming
  • Beauty And The Beast
  • Despicable Me 3
  • Transformers: The Last Knight
  • Diary Of Wimpy Kid: The Long Haul
  • Wonder Woman
  • Power Rangers
  • Smurfs: The Lost Village