​15-il cruiseliner f’Għawdex fl-2015

Bejn April u Novembru tas-sena d-dieħla mistennija jitrakkaw 15-il cruiseliner ’il barra mill-kosta Għawdxija.
Dan minbarra żewġ cruiseliners oħra li mistennija jitrakkaw barra minn Għawdex sal-aħħar ta’ din is-sena.
Mill-bidu tas-sena s’issa, daħlu f’Għawdex erba’ cruiseliners.
Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi.
Zammit Lewis qal li l-Gvern qed iħares lejn għażliet oħra biex jegħleb restrizzjonijiet infrastrutturali biex iktar cruiseliners jagħżlu lil Għawdex bħala parti mid-destinazzjoni tagħhom. 
Qal ukoll li l-Awtorità għat-Turizmu għaddejja b’ħidma biex tippromovi lil Għawdex biex jattira iktar kummerċ f’dan is-settur.