15-il applikazzjoni għal żvilupp agrikolu f’żoni rurali

Sitt applikazzjonijiet għal attrazzjonijiet turistiċi kienu fost 15-il applikazzjoni għal żvilupp ta’ proġetti kummerċjali b’rabta mal-agrikoltura f’żoni rurali, li ġew sottomessi quddiem il-MEPA minn Awwissu 2014 sal-lum.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweġiba għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.
Intefgħu wkoll applikazzjonijiet għall-enoteka, għassara taż-żebbuġ, installazzjonijiet tal-apikultura, ħwienet għall-irziezet u akkomodazzjoni agrituristika.
Sal-lum intlaqgħu erba’ applikazzjonijiet; tnejn għall-attrazzjonijiet turistiċi, waħda għal ħanut f’razzett u waħda għall-installazzjoni tal-apikultura.