15 arrestati fuq pusses ta’ droga

Il-bieraħ filgħaxija l-pulizija arrestat 15-il persuna fuq pusses jew traffikar ta’ droga. Wieħed mill-akkużati deher quddiem il-Qorti l-bieraħ stess u ntbgħat tliet snin ħabs. Dan wara li fuqu nstabu mas-57 pillola ecstasy.  

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li dawn l-arresti saru waqt party f’Kordin. L-etajiet ta’ dawk arrestati tvarja bejn it-18 u l-45 sena. Tnejn minnhom huma barranin, wieħed mill-Italja u l-ieħor mill-Kosta t’Avorju. Magħhom kien hemm ukoll mara ta’ 18-il sena.

Tlieta mill-akkużati qed jiġu mixlija bi traffikar ta’ ecstasy u kokaina.