149 notifika dwar billboards illegali

Il-MEPA ressqet149 notifika ta’ infurzar dwar billbords illegali.
Dan qalu fil-Parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweġiba għall-Mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.
Il-Prim Ministru spjega li minn meta twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sal-31 ta’ Mejju 2015 ġew approvati 399 applikazzjoni għall-billboards.
Huwa nnota li din iċ-ċifra ma tinkludix billboards eżentati milli jissottomettu applikazzjoni għall-permess tal-MEPA, u għalhekk l-istess Awtorità m'għandiex informazzjoni fuqhom.