148 każ ta’ overdose mill-bidu tas-sena

Mill-bidu ta’ din is-sena kien hemm 148 persuna li ddaħħlet l-isptar Mater Dei minħabba overdose.
L-aktar xahar li ra każi ta’ overdose kien April meta kien hemm 39 każ.
Il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi qal li f’Jannar kien hemm 24 każ, 21 fi Frar, f’Marzu ddaħħlu 35 persuna waqt li f’Mejju kien hemm 35 każ.
Ebda minn dawn il-każi ma kienu fatali.
15 mill-każi ta' overdose ġraw inċidentalment.