Read in English.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 148 każ ġdid tal-coronavirus mill-2,915-il swab test li saru. Fiequ wkoll 111-il persuna, biex issa hawn total ta’ 1,622 każ attiv.
Ilbieraħ instabu 85 każ ġdid tal-coronavirus. It-tim tal-contact tracing sab li minn dawn, kien hemm:
- 17-il każ ġejjin minn familji
- 4 każijiet minn fuq postijiet tax-xogħol
- 2 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
- 5 każijiet ta’ nies li kienu f’attivitajiet soċjali fejn kien hemm oħrajn bil-virus.
B’hekk, baqgħet ma nstabitx l-oriġini ta’ 57 każ.
Il-każijiet tal-bieraħ
85 każ ġdid ta’ Covid-19
Il-vittmi tal-coronavirus żdiedu għal 222 persuna, bl-aħħar żewġ imwiet ta’ żewġ anzjani nisa li tħabbru dalgħodu.
L-aħħar imwiet
Imutu 2 anzjani bil-Covid-19