146 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 168 persuna

woman-wearing-mask-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 146 każ ġdid tal-coronavirus mill-2,941 swab test li saru. Fiequ wkoll 168 persuna.

B’hekk bħalissa hawn 1,965 każ attiv tal-coronavirus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 07•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Saturday, November 7, 2020

Ilbieraħ tħabbru 129 każ ġdid tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:

  • 19-il persuna li ħaduh mingħand membri tal-familja
  • 17-il persuna li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol
  • 11-il persuna li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 7 każijiet minn attivitajiet soċjali

Dan ifisser li 75 każ kien sporadiċi.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar ukoll l-aħħar mewt bil-coronavirus, dik ta’ anzjan ta’ 92 sena li miet dalgħodu f’Mater Dei.