Read in English.
Tħabbru 143 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 139 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mit-3,033 swab test li saru.
B’hekk bħalissa hawn 2,062 każ attiv tal-Covid-19.
Ilbieraħ tħabbru 108 każijiet ġodda. Minn dawn kien hemm:
- 22 każ li ttieħdu minn membri tal-familja
- 4 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
- 2 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 80 każ minn tal-bieraħ.
Il-każijiet tal-bieraħ
108 każi ġodda; 121 ifiqu