142 każ ġdid tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 142 każ ġdid tal-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa, biex issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,347, peress li fiequ 52 persuna.

Il-każijiet il-ġodda rriżultaw minn 2,404 swab tests li saru.

OFFICIAL COVID-19 figures for 18•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, October 18, 2020

Ilbieraħ intlaħaq l-ogħla rekord ta’ każijiet, b’204 każijiet. Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, filwaqt li mill-każijiet tal-bieraħ kien hemm:

  • 46 persuna li ħadu l-virus mingħand xi ħadd tal-familja
  • 18-il persuna li ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol
  • 3 każijiet minn Paceville
  • 9 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies li kellhom il-virus
  • 4 każijiet minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies oħra bil-virus

Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 124 każ.

Il-każijiet tal-bieraħ
204 każi ġodda ta’ coronavirus