Read in English.
Malta għandha 141 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 97 persuna. B’hekk issa hawn total ta’ 2.081 każ attiv.
Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-3,014-il swab test li saru.
Ilbieraħ Malta kellha 153 każ ġdid, u nqabeż it-total ta’ 2,000 każ attiv. Minn dawn kien hemm:
- 10 każijiet ta’ membri tal-familja ta’ nies bil-virus
- 6 każijiet li ttieħdu minn fuq il-post tax-xogħol
- 5 każijiet minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies bil-virus.
B’hekk mill-każijiet tal-bieraħ kien hemm 132 każ li kienu sporadiċi.
Il-każijiet tal-bieraħ
Il-każi attivi ta’ Covid-19 jaqbżu l-2,000