141 każ ġdid ta’ Covid-19

people-wearing-masks-while-waiting-for-the-bus
Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa irrapurtaw 141 każ ġdid ta’ Covid-19 nhar is-Sibt, filwaqt li fiequ 159 pazjent.

B’hekk in-numru ta’ każi attivi magħrufa ta’ Covid-19 f’Malta niżel għal 2,146.

OFFICIAL COVID-19 figures for 21•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Saturday, November 21, 2020

Il-każi ġodda nstabu b’riżultat ta’ 3,391 swab test li saru f’medda ta’ 24 siegħa: s’issa, f’Malta saru 401,904 test.

B’kollox f’Malta kien hawn 8,822 każ magħruf ta’ Covid-19 mill-bidu tal-pandemija. Filwaqt li fiequ 6,565, il-pandemija kkawżat 111 mewt, bl-aħħar 3 imwiet imħabbra mill-awtoritajiet illum.

52 mil-każi tal-bieraħ traċċati; 69 meqjusa sporadiċi

Skont il-bulettin, mill-121 każ ta’ Covid-19 irrappurtat ilbieraħ ġew traċċati 52. B’hekk 69 huma meqjusa bħala każ sporadiku.

Il-52 każ traċċat huma maqsuma hekk:

  • 21 kollega ta’ każi magħrufa
  • 20 familjari ta’ każi magħrufa
  • 11 kuntatti diretti oħrajn