14,000 tunnellata ta’ skart illegali kull sena

Miguela Xuereb

Read in English.

Id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ġabret kważi 100,000 tunnellata ta’ skart illegali f’seba’ snin. Dan ifisser medja ta’ 14,000 tunnellata ta’ skart kull sena.

Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata fil-Parlament mill-Ministru Owen Bonnici. Huwa qal li f’dawn l-aħħar xhur rajna żieda qawwija ta’ rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni. Semma kif l-iktar skart li jinsab mormi huwa skart kummerċjali kif ukoll skart tal-ikel.

AQRA: Rimi illegali ta’ skart ta’ kostruzzjoni f’Għawdex

L-aktar sena li fiha nġabar skart illegali kienet l-2017 bi 15,826 tunellata filwaqt li l-inqas sena li fiha nġabar skart illegali kienet fl-ewwel sena li għaliha ntalbet din l-informazzjoni jiġifieri fl-2013 b’9,674 tunellata.

Intqal li l-ikbar ammont ta’ skart jinġabar minn żoni abbandunati u mhux frekwentati mill-pubbliku, bħal widien, żoni industrijali kif ukoll żoni fejn matul il-lejl ma jkunx hemm elettriku u għalhekk faċli ħafna li wieħed jiddisponi minn skart illegali.
Il-lokalitajiet ivarjaw minn madwar il-pajjiż kollu, kif ukoll jiddependi l-istaġun li tkun qed titwettaq il-ħidma.

Filmat: Ferneżija ta’ rimi illegali f’Ta’ Qali

Rimi illegali f’Ta’ Qali: Il-Pulizija qed jaħbu?