14,000 ittestjati għall-coronavirus iktar minn darba

Miguela Xuereb

Read in English.

Aktar minn 14,000 persuna ġew sswabbjati aktar minn darba għall-coronavirus, skont ċifri ppubblikati fil-parlament.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li 14,376 għamlu t-test għal aktar minn darba waqt li 47 għamluh iktar minn 10 darbiet kif turi t-tabella hawn taħt:

Numru ta’ IndividwiNumru ta’ Swabs
210027
32513
4870
5429
6228
7158
860
944
10 jew aktar47

Għal mistoqsija parlamentari oħra, Fearne qal li  ‘l fuq minn 22,600 swabs saru fuq persuni li kienu ttestjati pożittivi għall-COVID-19 u dan jirrapreżenta ‘l fuq minn wieħed kull ħamsa biex it-total ta’ testijiet jilħaq 102,394 skont l-aħħar bulletin maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Huwa qal li l-ikbar numru ta’ testijiet sar f’Mejju meta r-restrizzjonijiet bdew jiġu rilaxxati. B’kollox f’Mejju 28,981 individwi ġew ittestjati għall-COVID-19 f’ 37,767 okkażżjoni. Matul ix-xhur tal-pandemija in-numru ta’ individwi ttestjati kienu kif jidhru f’din it-tabella:

XaharNumru ta’ individwi
Frar150
Marzu6,835
April22,185
Mejju28,961
Ġunju17,721

Id-domandi saru mid-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ.