14 mejta f’Gaża waqt 3 attakki mill-Iżrael

Matul dan il-lejl, waqt tliet attakki Iżraeljani mill-ajru fin-nofsinhar tal-iStrixxa ta’ Gaża mietu 14-il persuna, 13 minnhom fil-belt ta’ Khan Yunes. 
F’temp ta’ tliet ijiem, l-attakki mill-ajru kontra l-Ħamas qatlu 64 persuna.
Jekk il-missili Palestinjani mhux se jieqfu, il-President Iżraeljan Shimon Peres hedded li jkompli jattakka u din id-darba anke fuq l-art.
Il-President Palestinjan Mahmoud Abbas iddeskriva s-sitwazzjoni f’Gaża bħala massakru u ġenoċidju. 
Il-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi dejjem qed jixbah dak ta’ gwerra.