14 jitilfu ħajjithom f’nirien li ħakmu karozza tal-linja

14-il persuna tilfu ħajjithom filwaqt li 32 oħra ndarbu f’nirien li ħakmu karozza tal-linja fil-provinċja ta’ Ningxia fiċ-Ċina.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu ħin tal-post,  b’għadd ta’ persuni jispiċċaw maqbuda fin-nirien.
L-awtoritajiet Ċiniżi jinsabu għaddejjin bi tfittxija għal raġel suspettat li kien wara dawn in-nirien.
Ippubblikaw ukoll ritratt tiegħu.