14 imutu f’nirien fi sptar psikjatriku fir-Russja

Tal-inqas 14-il persuna tilfu ħajjithom wara li nirien ħakmu sptar psikjatriku fir-Russja kmieni dalgħodu.

Barra minn hekk 37 persuna ġew irrappurtati nieqsa.  Rapporti jghidu li hemm possibiltà li wħud minn dawk nieqsa, ħarbu mill-isptar u għadhom ħajjin.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li n-nirien setgħu ġew ikkawżati minn pazjent li qabbad is-sodda tiegħu.

Fil-ħin tal-inċident, fl-isptar kien hemm madwar 60 persuna, il-maġġor parti pazjenti.