14-il volum konservat permezz tal-iskema Adopt a Notary

Bejn Jannar tal-2015 u April tal-2016, b’kollox ġew konservati b’mod komplut 14-il volum taħt l-iskema Adopt a Notary.
Permezz ta’ din l-iskema, individwi jistgħu “jaddottaw” jew jgħinu fil-konservazjoni ta’ xogħol notarili. Il-volumi li għandhom bżonn ikunu konservati imorru lura għas-snin 1544 u li sofrew ħsara minħabba insetti, ilma u kompressjoni.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari mressqa mid-Deputat Laburista Charles Mangion.
Dr Bonnici saħaq li b’kollox hemm iktar minn 17,000 volum fl-Arkivji Nutarili li jinsab fi Triq San Kristofru fil-Belt Valletta.
Hemm ukoll 46 volum ieħor fil-progress.