14-il suldat jinqatlu qrib fruntiera fl-Alġerija

Minn talinqas 14-il suldat Tuneżin inqatlu f’attakk militari qrib il-fruntiera fl-Alġerija, filwaqt li 20 oħra indarbu.
Militanti b’armi tan-nar attakkaw żewġ postijiet ta’ kontroll fiż-żona Mount Chaambi.
Il-militanti Iżlamiċi għandhom rabtiet mal-Al-Qaeda.
L-armata tat-Tuneżija ilha f’operazzjoni ta’ tfittix għall-militanti fir-reġjun qalb il-muntanji għal din l-aħħar sena.
Dan l-attakk kien l-agħar wieħed li sar minn mindu bdiet l-operazzjoni militari.