14-il sintomu tal-influwenza

L-influwenza hija marda nfettiva komuni, li tinfirex bis-sogħla u bl-għatis, u tista’ ssir aktar serja f’ċerti każijiet. L-influwenza tista’ tittieħed matul is-sena kollha, iżda hija l-aktar komuni fix-xitwa, u għalhekk ġieli tissejjaħ l-“influwenza staġjonali”.

L-influwenza hija kkawżata minn grupp ta’ viruses differenti minn dawk ta’ riħ komuni. Infatti s-sintomi huma aktar serji u wieħed idum aktar biex ifieq.

Is-sintomi ta’ riħ komuni, bħal imnieħer imblukkat jew inixxi, għatis, u uġigħ fil-griżmejn jistgħu jiġu kkawżati wkoll mill-influwenza ġġiegħlek tħossok ma tiflaħx ħafna li jkollok toqgħod fis-sodda.

Dawn li ġejjin huma wħud mis-sintomi tal-influwenza:

Deni – Temperatura ta’ 38°C jew aktar

Uġigħ ta’ ras

Tkexkix ta’ bard

Uġigħ fil-ġogi jew fl-idejn u s-saqajn

Dardir u remettar

Imnieħer iqattar jew imblukkat

Nuqqas ta’ Aptit

Sogħla xotta

Għejja

Uġigħ fil-muskoli

Dijarea jew uġiħ ta’ żaqq (speċjalment fit-tfal)

Uġigħ fil-griżmejn

Għatis

Diffikulta fl-irqad

Il-vaċċin tal-influwenza hija disponibbli bla ħlas għall-

  • Persuni li għandhom 55 sena jew aktar
  • Tfal minn età ta’ 6 xhur sa 59 xahar
  • Persuni li jgħixu f’Istituti
  • L-istudenti li jattendu skejjel speċjali
  • Persuni li jbatu minn mard kroniku, respiratorju, mard tal-qalb, mard tal-fwied, amrd tal-kliewi, dijabete, sistema mmunitarja dgħajfa, inkluż l-HIV jew l-AIDS

Il-viruses li jikkawzaw l-influwenza jinbidlu kull sena u għalhekk għandek tingħata l-vaċċin kontra influwenza kull sena sabiex tkun protett.

Għal aktar informazzjoni ċempel lid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-mard fuq 23266000 jew liċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tilqim fuq 2568 0222/3/3

Din l-informazzjoni twasslet fuq il-fuljett maħruġ mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard.