“14-il siegħa bir-rota kuljum biex indur Sqallija”

Read in English.

L-atleta Fabio Spiteri qadef 14-il siegħa kuljum bir-rota biex fi tliet ijiem dar il-kosta kollha ta’ Sqallija, li hi twila madwar 1,000 kilometru.

F’intervista ma’ Sylvana Debono fuq RTK, l-ewwel atleta Malti li lesta din l-isfida jispjega kif fit-taħriġ kien isuq ir-rota għal madwar tliet siegħat kuljum fil-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ jew fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.

Jgħid li għal din l-isfida il-pjan kien li jibdew jaqdfu mal-5am biex jevitaw ix-xemx qawwija u jagħmlu madwar 30 kilometru fis-siegħa, skont ir-riħ ikunx favur jew kontra u jekk tagħmilx ix-xita.

Fabio Spiteri jispjega li ilu 22 sena involut fl-isports. Beda bi tlielaq ta’ madwar żewġ minuti f’distanza ta’ 800 metru u llum jippjana li jagħmel tlielaq ta’ distanzi kbar.
F’Lulju, huwa se jagħmel sfida oħra – Triple Iron Man – 12 km għawm, 540 km rota u 120 km ġiri.