“14-il sena ilu; ma ninsa qatt il-5 anġli mejta” – Pulizija

Eman Cilia - Facebook

Read in English.

Eman Cilia, Pulizija, ftakar kif bħal-lum 14-il sena ilu kellu jkun hu fuq il-post tat-traġedja fejn mietu 5 żgħażagħ wara inċident b’vann. Fuq Facebook, huwa spjega kif anka wara dawn is-snin kollha, għadu ma jistgħax ineħħi l-istampa minn moħħu tal-ħames anġli mejta fuq il-post.

L-inċident seħħ meta l-vann ħabat f’ħajt fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. Is-sewwieq, raġel ta’ 22 sena, tilef kontroll tal-vettura tiegħu. Miegħu kellu 7 passiġġieri. Il-5 vittmi kienu Marco Abdilla, ta’ 17-il sena, Fabio Magro, ta’ 16-il sena, Osvaldo Vella, ta’ 17-il sena, Christian Camilleri, ta 17-il sena, u David Sacco, ta 13-il sena. Dawn kollha kienu mill-Qrendi.

Iż-żewġ passiġġieri l-oħra, ta’ 17-il sena mill-Qrendi u miż-Żurrieq, sofrew ġrieħi serji. Is-sewwieq sofra ġrieħi ħfief.

Skont wieħed mill-ġenituri tal-vittmi, vann kellu jiġborhom mir-Rabat u jwassalhom id-dar imma qatt ma ġie. Is-sewwieq imbagħad offra li jwassalhom id-dar.

Cilia, fil-post tiegħu fuq Facebook, qal lill-ħames anġli biex jistrieħu fis-sliem.

14 yrs ago in the early hours of the morning, a phone call from Police H.Q at 1.50am at Siggiewi Police station made me…

Posted by Eman Cilia on Sunday, September 29, 2019