14-il saċerdot jinqatlu mill-bidu tas-sena

Mill-bidu ta’ din is-sena sa issa, kien hemm 14-il saċerdot li nqatel.

L-aħħar delitt ġara proprju din il-ġimgħa fil-belt ta’ Marano fl-Italja meta fil-provinċja ta’ Trento nqatel Fr Giuseppe Peterlini.

L-ikbar ammont ta’ saċerdoti li nqatlu kien fil-kontinent Amerikan.

Fil-kontinent Amerikan inqatlu għaxar saċerdoti.  Il-Kolumbja huwa l-iktar pajjiż fejn inqatlu saċerdoti.  Filfatt, wieħed inqatlek f’Jannar, tnejn fi Frar u ieħor f’Mejju.

Fil-Messiku nqatlu żewġ qassisin, wieħed fil-Venezwela, ieħor f’Haiti u ieħor fil-Brażil.  F’ottubru tas-sena l-oħra fil-Kanada, saċerdot ġie attakkat imma miet fl-14 ta’ Frar li għadda.

Fl-Ażja nqatlu żewġ saċerdoti; wieħed fl-Indja u l-ieħor fis-Sirja.

Fl-Afrika nqatel saċerdot wieħed li kien jinsab fit-Tanżanija.