14-il persuna arrestati f’Birkirkara wara sejba droga

14-il persuna ġew arrestati kmieni dalgħodu f’Birkirkara wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni minn membri mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Dan wara li skont stqarrija tal-Pulizija, assistiti mill-Ispecial Intervention Unit għamlu tfittxija ġo garaxx fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra fejn intqal li allegatament kienet qed tinbigħ u tiġi abbużata d-droga eroina.

L-etajiet tal-persuni arrestati jvarjaw bejn it-23 u s-66 sena u huma ta’ nazzjonalità Maltija, Taljana, Ingliża u Serba. Fil-pussess ta’ wħud mill-persuni nstabu boroż bi droga allegatament eroina. Instabu wkoll flus kontanti u affarijiet oħrajn realtati mal-abbuż u l-bejgħ tal-istess sustanza.