14-il każ ġdid inkluż 5 minn cluster ta’ Paceville

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta reġistrat 14-il każ ġdid ta’ coronavirus. Ħamsa minn dawn il-każi kienu relatati ma’ cluster f’Paceville.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa. Qal li n-numru jirriflettu swab tests li saru bejn is-6am u nofsilejl.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,438 swab test.

L-awtoritajiet qalu li l-maġġoranza tan-nies fl-aħħar 14-il każ ma marrux ix-xogħol meta kellhom is-sintomi.

Il-Maltin huma pprojbiti milli jidħlu l-Litwanja minħabba l-coronavirus.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant qal li diffiċli wieħed jifhem ir-raġunar li bih il-Gvern aċċetta li f’Malta jsiru parties kbar tal-massa li ċaħdet li torganizzahom il-bqija tal-Ewropa minħabba l-imxija tal-coronavirus.