14-il infermier tal-ITU maqbuda fil-Ġordan – Schembri

Read in English.

Il-Ministru għall-Ekonomija qal li hemm 14-il infermier tal-ITU maqbuda fil-Ġordan. Dawn għandom jinġiebu lura Malta b’titjira speċjali.

Fuq Facebook Silvio Schembri qal li kellu laqgħa mal-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Clifford Chetcuti fejn tħejjew il-preparamenti biex issir it-titjira KM 7837 lejn il-Ġordan. It-titjira se tintuża biex jinġiebu lura 14-il infermier tal-ITU Malti maqbuda fil-Ġordan minħabba li linji tal-ajru l-oħra waqfu joperaw.

“Dawn l-infermiera se jkunu qed jinġiebu lura pajjiżna fid-9.30pm illejla, fejn se jkunu qed isegwu kwarantina obbligatorja ta’ 14-il ġurnata imbagħad jkunu jistgħu jidħlu lura għax-xogħol fl-isptar Mater Dei. Għalkemm l-Air Malta ma toperax titjiriet lejn il-Ġordan, saru arranġamenti mal-Gvern ta’ dan il-pajjiż biex din t-titjira tkun tista’ ssir kemm jista’ jkun malajr fl-aqwa interess ta’ pajjiżna,” kiteb Schembri.

Għadni kif lestejt laqgħa mal-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Clifford Chetcuti fejn ħejjejna l-preparamenti meħtieġa sabiex…

Posted by Silvio Schembri on Monday, March 16, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn