14% iktar turisti jagħżlu lil Malta f’Marzu

It-turisti li waslu f’Malta f’Marzu kienu 14% iktar minn dawk ta’ Marzu tas-sena li għaddiet.
Skont l-NSO, b’kollox f’dan ix-xahar waslu f’Malta iktar minn 115,000 turist li 10,000 minnhom kienu għal skopijiet ta’ negozju.
L-ikbar żieda kienet minn pajjiżi tal-UE, li qabżet il-15%.
Anke l-iljieli li qattgħu t-turisti f’Malta żdiedu, bi 11.6% u l-flus li ħallew it-turisti f’Marzu żdiedet bi kważi 11%.
L-NSO ppubblika wkoll iċ-ċifri għall-ewwel tliet xhur tas-sena li juru żieda ta’ 12.7% fin-numru ta’ turisti, ta’ 10.4% fin-numru ta’ ljieli u ta’ 9.3% fin-nefqa tat-turist fil-pajjiż.
Ras għal ras, u bħala medja fuq l-ewwel tliet xhur tas-sena, hu stmat li kull turist ħalla f’Malta €744 li hu tnaqqis ta’ 3% fuq l-2015.