14,000 post b’€44 bl-Air Malta

L-Air Malta nediet offerta ġdida li fiha qed toffri roħs għat-titjiriet li jibdew minn €44, inkluż it-taxxi, lejn direzzjoni waħda. Din l-offerta hi valida għall-vjaġġi li se jsiru bejn illum u t-30 ta’ April li ġej. F’din l-offerta se jiġu offruti 14,000 post għal 22 destinazzjoni.
Din l-offerta hi miftuħa għal 72 siegħa, li tibda mid-9 ta' dalgħodu sa nhar il-Ġimgħa li ġej fid-8.59am. Wieħed jista’ jixtri l-biljetti mis-sit tal-Air Malta, permezz taċ-ċentru ta’ assistenza fuq +356 21662211 u mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta.
L-offerta hi miftuħa għat-titjiriet lejn u minn Amsterdam, Ateni, Berlin, Brussell, Budapest, Katanja, Düsseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Ħamburg, Londra, Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi, Ruma, Vjenna u Zurich.
L-Air Malta fakkret li l-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà.
Aktar tagħrif hawn.