Fl-aħħar sitt xhur mindu ngħataw aċċess għall-avukat tal-għajnuna legali, kien hemm 135 vittma ta’ vjolenza domestika li ġew assenjati avukat sabiex jingħataw parir legali.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ, il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis qal li l-akbar ammont ta’ każijiet kienu fix-xhur tal-“lockdown” jiġifieri bejn Mejju u Ġunju bi 63 każ. Il-każijiet xahar b’xahar kienu dawn:
Xahar | Numru |
April | (mis-26 April) 3 |
Mejju | 22 |
Ġunju | 41 |
Lulju | 32 |
Awwissu | 14 |
Settembru | 18 |
Ottubru | (sat-2 ta’ Ottubru) 5 |